Where

Pjazza Teatru Rjal, Republic Street, Valletta, Malta View map

Il-Belt taħseb u tħoss — tinstema’. Kultant tiskot: tifraħ. Drabi tiġġennen. Nistidnukom għal lejla fejn tidħlu magħna fl-irkejjen moħbija tagħha hi u tħares ‘l isfel mill-fwar tal-galleriji, u tfittex is-sigħat ta’ mħabba li ntilfulha xi mkien bejn Kastilja u Ġnien is-Sultan. Jekk timxi pass pass ma' din l-istorja tagħha, taf tkellmek ħin bla waqt — bla sliem. Bejn linja u oħra.

Show more

Ticket sales finished!

Ticket sales for Bejn Linja u Oħra unfortunately have now finished!

Description

MT
Il-Belt taħseb u tħoss — tinstema’. Kultant tiskot: tifraħ. Drabi tiġġennen. Nistidnukom għal lejla fejn tidħlu magħna fl-irkejjen moħbija tagħha hi u tħares ‘l isfel mill-fwar tal-galleriji, u tfittex is-sigħat ta’ mħabba li ntilfulha xi mkien bejn Kastilja u Ġnien is-Sultan. Dritti daqs xfafar, illejla t-toroq se jsiru versi li jinfdu l-Belt Valletta. Din storja ta’ xalar u niket, avventura fil-qalb ta’ belt ħosbiena. Kultant ittir bil-ferħ, jew tħuf qalb id-dlam fejn sparixxa l-Caravaggio. Jekk timxi pass pass magħha, taf tkellmek ħin bla waqt — bla sliem. Bejn linja u oħra.

Dan l-avveniment inħoloq minn Norbert Bugeja, Ray Calleja u Albert Marshall, bi produzzjoni tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Nota lil min jixtieq jattendi:
L-ispettaklu huwa fil-maġġorparti bil-Malti. Il-bibien jinfetħu fit-8:30pm. Nitolbukom ġentilment biex tkunu fil-post tal-prestazzjoni sad-8:45pm, milbusin il-maskra preventiva, biex ikun hemm biżżejjed ħin biex nassiguraw li kulħadd qed isegwi l-miżuri kollha li hemm bżonn qabel ma jibda kollox. Dħul aktar tard mid-8:45pm mhux se jkun permess. 

----

EN
The City thinks and feels - it is heard. Sometimes it stops: rejoices. At times it goes mad. We invite you to an evening where the city joins us in its hidden corners as it looks down from the balconies, looking for the hours of love lost somewhere between Castille and the Grandmaster’s Garden. Straight as blades, tonight the streets will become verses that pervade Valletta. This is a story of grief and sorrow, an adventure in the heart of a bustling city. Sometimes it flies with joy, or fades into the darkness where the Caravaggio has disappeared. If you walk with it step by step, you will be able to talk to it in a timeless way. Between one line and another.

This event was created by Norbert Bugeja, Ray Calleja and Albert Marshall, and produced by the Valletta Cultural Agency.

Note to patrons:
The performance is predominantly in the Maltese language. Doors open at 8:30pm. Please join us at the venue by 8:45pm, wearing facemasks, to ensure enough time for all to follow the measures place prior to commencing the performance. Should patrons be later than 8:45pm, they may not be accepted.