Where

Splendid, Strait Street, Valletta, Malta View map

ARTI is the debut performance of the Maltese adaptation of Yasmina Reza's award winning comedy ART, that delves into the age old question "What exactly is Art?". Translated and directed by Albert Marshall. ARTI is a theatrical production part of the Strada Stretta Programme within the Cultural Programme of the Valletta Cultural Agency.

Show more

Ticket sales finished!

Ticket sales for ARTI unfortunately have now finished!

Description

ARTI MHIX KUMMIEDJA DWAR L-ARTI IMMA DWAR L-ARTI TAL-ĦBIBERIJA

Bid-dikjarar mill-bidu nett, il-kummiedja ARTI mhijiex dwar l-arti, imma pjuttost dwar l-arti tal-ħbiberija...l-arti tar-relazzjonijiet umani interpersonali.

ART, il-famuża kummiedja Franċiża ta’ Yasmina Reza, ittellgħet għall-ewwel darba fl-1994 fil-Comédie des Champs-Élysées f’Pariġi. Minn dakinhar ’l hawn matul dawn l-aħħar 29 sena, ART ittellgħet madwar id-dinja f’diversi lingwi. Fil-produzzjonijiet Ingliżi u Amerikani dehru fiha atturi kbar, fosthom Albert Finney, Tom Courtenay, Sean Connery u Alan Alda. F’Malta, ART ittellgħet kemm-il darba, iżda qatt bil-Malti. It-traduzzjoni tal-verżjoni Maltija hi ta’ Albert Marshall.

Il-forma, it-temi, l-istil u l-kwistjonijiet kurrenti dinjija marbuta ma’ din il-biċċa teatru versatili ġew diskussi ad nauseam, iżda jidher li din il-kummiedja għadha tappella kemm għall-produtturi u r-reġisti teatrali, u kif ukoll għall-udjenzi tallum.

Il-kummiedja tagħqad madwar tlitt iħbieb – Serge, Marc u Yvan. Il-ħbiberija ta’ bejniethom, li ilha għaddejja għal ħmistax-il sena, tisfa mhedda minn tila bajda karti – pittura moderna – li Serge, wieħed mit-tlitt iħbieb, ifettillu jixtri għal prezz fenomenali. Dan joħloq diżgwid serju bejn il-ħbieb.

Il-‘Gidba l-Kbira’ ta’ din il-kummiedja hija li, filwaqt li Reza tagħtina x’nifhmu li x-xogħol tagħha huwa muntaġġ ta’ kontroversji diskursivi mqanqla bejn tlitt iħbieb tal-qalb fuq l-arti moderna, it-tifsira tagħha u l-utilità jew l-inutilità tagħha f’ħajjitna, fil-verità l-kittieba tuża sengħetha teatrali biex tagħmel awtopsja tan-natura tal-kunċett tal-ħbiberija: tqiegħed taħt il-mikroskopju r-relazzjonijiet bejn tlieta min-nies meta jsibu ruħhom f’sitwazzjoni assurda fejn pittura bajda (moderna) tkun kaġun tat-tkissir brutali tal-ħbiberija ta’ bejniethom.

Il-kutrumbajsi kontinwi li jseħħu fid-dinamika tar-relazzjoni bejn it-tliet protagonisti, u t-tidwir ċippitatu tematiku li testwalment jintiseġ b’mod akrobatiku tul il-kummiedja kollha, joffru ġigġifogu ta’ bravuri teatrali li jimmarkaw dan ix-xogħol bħala wieħed mill-aħjar li nkitbu matul dawn l-aħħar diċenji.

It-trio Mikhail Basmadjian, Ray Calleja u Sean Buhagiar – tliet ġganti fost l-aqwa atturi Maltin tal-mument, taħt id-direzzjoni ta’ Albert Marshall, jibbrillaw fl-interpretazzjoni tal-karattri rispettivi tagħhom, u kemm individwalment u kif ukoll kollettivament, joffru spettaklu teatrali mill-iprem u tal-aqwa kwalità.