Where

Masquerade Blue Box theatre View map

Il-festival ta’ Trikki Trakki jerġa’ lura għad-disa’ edizzjoni tiegħu, u għal darb’oħra l-palk huwa taż-żgħażagħ. Żgħażagħ b’ideat kbar, vuċijiet kuraġġużi u mħabba għat-teatru bla qies.

Show more

Refundable Booking Available

Select Refundable Booking at checkout to get a full refund in case you are unable to attend this event (sickness included). T&Cs apply.

Minimum Age

2+

Tickets

When

Mar 28, 29 2026

MAR

28

Sat

18:30

MAR

29

Sun

10:00
General Admission - €4.00
Unavailable
Reserved

Loading seating plan

Button Loader GIF
Powered by ShowsHappening Logo

Description

Din is-sena, b'tema ta' Kittieba Ewropej, il-festival jidħol f’dinja mimlija stejjer leġġendarji, kemm xejn drammatiċi, strambi, divertenti u xi kultant ftit ribellużi. Materjal perfett għal performers żgħażagħ li huma lesti li jesperimentaw, jesploraw u jieħdu gost jagħmlu t-teatru.

Il-programm ta’ din is-sena hu kollu dwar l-immaġinazzjoni minsuġ mal-maġijja tat-Teatru. Lestu

ruħkom għal interpretazzjonijiet friski ta’ xogħolijiet klassiċi, ideat sorprendenti, moviment u mużika.


L-esperjenza tat-Teatru qiegħed fil-qalba ta’ Trikki Trakki. L-istudenti għandhom l-opportunità li joħolqu flimkien u matul is-snin skoprejna kemm it-teatru jista’ jkun qawwi meta ż-żgħażagħ imexxu l-istorja. Trikki Trakki huwa kurjuż, kollaborattiv u mimli qalb, u ninsabu ħerqana biex naraw il-ġenerazzjoni li jmiss fuq il-palk tagħna.