Where

St. Vincent De Paul Residence View map

Din is-sena, bi kburija nippreżentawlkom Ġambori, mhux festival tas-soltu, imma ċelebrazzjoni ferrieħa ta’ emanċipazzjoni għal individi li għandhom mis-60 sena ‘l fuq. Bħalma qal George Bernard Shaw b’tant għerf: “Ma nieqfux nilagħbu għax nixjieħu; nixjieħu għax nieqfu nilagħbu.”

Show more

Minimum Age

5+

Ticket sales finished!

Ticket sales for Ġambori unfortunately have now finished! The last day of this event was on Saturday 29-Nov-2025. Ticket sales ended at Saturday 29-Nov-2025 23:00.

Description

Din is-sena, bi kburija nippreżentawlkom Ġambori, mhux festival tas-soltu, imma ċelebrazzjoni ferrieħa ta’ emanċipazzjoni għal individi li għandhom mis-60 sena ‘l fuq. F’era li hi assoċjata ħafna mat-trankwillità u r-riflessjoni aħna rridu li Ġambori joħroġ bħala pjunjier b’saħħtu, li jerġa’ jimmaġina l-istadju tal-ħajja 60+ b’enfasi fuq il-kultura ta’ anzjanità attiva u parteċipazzjoni animata permezz talarti performattiva.


Bħalma qal George Bernard Shaw b’tant għerf: “Ma nieqfux nilagħbu għax nixjieħu; nixjieħu għax nieqfu nilagħbu.”; dan il-qawl jolqot ħafna mal-filosofija ta’ Ġambori.


Il-Ġimgħa, 28 ta' Novembru:

Reġjun Nofs in-Nhar jippreżenta "Kunċett u Marinton" ta' Trevor Zahra, taħt id-direzzjoni ta' Dominic Said.

Reġjun Lvant jippreżenta "L-Assedju ż-Żgħir", b'kitba u direzzjoni taħt Narcy Calamatta.

Reġjun Punent jippreżenta "Il-Mara li Tara b'Widnejha" ta' Marta Vella, taħt id-direzzjoni ta' Josette Ciappara.


Is-Sibt, 29 ta' Novembru:

Reġjun Għawdex jippreżenta "Inkisritlu l-Ponta" ta' Lino Grech, taħt id-direzzjoni ta' George Mizzi.

Reġjun tal-Port jippreżenta "Anġlu Bellu" ta' Narcy Calamatta, taħt id-direzzjoni ta' Charlotte Stafrace.

Reġjun Tramuntana jippreżenta "Fra Ċelest Imur Għall-Kaċċa" ta' Albert Marshall, taħt id-direzzjoni ta' Frederick Camilleri.