Where
Fort St Elmo and the National War Museum View map
Teatru Malta bi pjaċir iħabbar li se jikkommemora ċ-ċentenarju tal-aktar drammaturgu modern Malti influwenti, Francis Ebejer (1925-1993), bi produzzjoni storika ta’ Il-Ġaħan ta’ Binġemma fil-Forti Sant’Iermu, bl-ewwel preżentazzjoni tittella’ fit-28 ta’ Awwissu 2025, il-jum li fih Ebejer kieku kien jagħlaq mitt sena.
Minimum Age
16+
Ticket sales finished!
Ticket sales for Ġaħan unfortunately have now finished! The last day of this event was on Sunday 31-Aug-2025. Ticket sales ended at Monday 01-Sep-2025 01:00.
Description
Teatru Malta bi pjaċir iħabbar li se jikkommemora ċ-ċentenarju tal-aktar drammaturgu modern Malti
influwenti, Francis Ebejer (1925-1993), bi produzzjoni storika ta’ Ġaħan adattament ta’ 'Il-Ġaħan ta' Binġemma' fil-Forti Sant’Iermu, bl-ewwel preżentazzjoni tittella’ fit-28 ta’ Awwissu 2025, il-jum li fih Ebejer kieku kien jagħlaq mitt sena.
Il-pajjiż evolva. Ġaħan evolva wkoll. Ġaħan, li ta’ spiss meqjus bħala l-baħnan klassiku ta’ Malta, huwa konċettwalizzat mill-ġdid bħala iblah kumpless, għaqli: wieħed li jaqra bejn il-linji. Ħaddieħor jikxef il-borom, Ġaħan jaqla' l-bibien. Kull bieb li jaqla' huwa f’ġieħ il-verità. Kulħadd jikxef u jħawwad u kulħadd bombshell bl-abdominals u l-fillers. Mur għidlu l-Ebejer. X’taħwid hawn.
Reġgħet startjat il-kontinwità ħbieb. Mill-bieraħ għal-lum. Mill-qadim għall-ġdid. Seħħet il-konnessjoni. Ara x’kull waħda! Ma kienx bieb...
Erġajna hawn. Taħt il-Blat ta’ Bingemma.
F'din il-produzzjoni hemm mumenti ta' nudità, lingwaġġ vulgari, użu ta' dawl strobe u mużika/ħsejjes qawwijin.