Where

Montekristo Estate View Map

Fuq talba ġenerali Boċċi, il-musical reġa magħna! Klabb tal-boċċi jinsab fix-xifer u wasal biex jagħlaq. M'hemm ħadd ħlief tim eċċentriku ta’ karattri biex isalva l-klabb. Imma Osmar, l-aħħar plejer tal-klabb, flimkien mas-sid tal-Kabb Jes, qatt ma kienu jobsru li kien se jkollhom jaċċettaw mara fil-klabb tagħhom! Mur għidilhom li din se tagħmel minn kollox biex issalva l-klabb.

Refundable booking available

Select Refundable Booking at checkout to get a full refund in case you are unable to attend this event (sickness included). T&Cs apply.

Minimum Age

5+

Tickets

When

Jun 18, 19, 20, 21 2026

JUN

18

Thu

20:00

JUN

19

Fri

20:00

JUN

20

Sat

15:00

JUN

20

Sat

20:00

JUN

21

Sun

15:00

JUN

21

Sun

20:00
Standard Ticket - €27.20
Standard Ticket (Blood Donors and 60+) - €22.67
Standard Ticket (Under 25) - €4.53
Unavailable
Reserved

Loading seating plan

Button Loader GIF
Powered by ShowsHappening Logo

Description

“Mhux se ndur mal-lewża, morru araw Boċċi anki jekk mhux soltu tmorru t-teatru” - Ramona Depares.


“Uħud mill-udjenza daħlu fil-midja soċjali u ddikkjaraw Boċċi bħala ‘waħda mill-aqwa produzzjonijiet li qatt rajt Malta’ u ‘Prosit, qatt ma stennejt li musical dwar il-boċċi jista’ jkollu plott daqstant oriġinali, u mużika u kant daqstant sbieħ’ - Lovin Malta.


Għall-bidu ħassejna l-boċċi veru tqal, imma mbagħad tant drajniehom, li kull garatura laqtet il-likk. Fl-ewwel sena tiegħu, Boċċi The Musical dar minn klabb tal-boċċi għal ieħor, u kull piċċ inbidel f’palk. L-udjenza segwiet minn mal-ġnub, tefgħa ta’ boċċa ’l bogħod. Min ma ġiex, għax beża’ li flok il-likk se nolqtu lilu, jista’ jserraħ rasu li issa sirna esperti tal-logħba, u se jkollna rawnd ieħor ta’ rappreżentazzjonijiet ta’ dal-musical. Meta tirbaħ, trid tkompli tilgħab, le?


Dal-musical huwa kollaborazzjoni bejnna, Teatru Malta, u Give or Take Productions. Fih, klabb tal-boċċi, jservi ta’ dar għal erba’ eċċentriċi. Wieħed minnhom Osmar, imlaqqam il-Kanadiż, anki jekk ma jafx fejn hi l-Kanada fuq il-mappa. Huwa wkoll l-aħjar plejer

tal-klabb. Jilgħab bil-boċċi biss jaf. Jes, ieħor. Dejjem il-bar u jqatta’ ħinu jgara l-boċċi biss. Sakemm darba jweġġa’ l-polz. Bħalissa l-klabb ma jistax jieħu ruħ. Aqta’ ’l Osmar, m’hemmx wisq min irid jilgħab il-boċċi. Il-ftit li lesti jilagħbu ma jridux jilagħbu ma’ Osmar, għax iqażżiżhom. Jerġa’, l-piċċ u l-bar jinsabu mhedda mill-mewġa tal-iżvilupp, li lesta tiblagħhom f’nifs

wieħed.


Imbagħad titfaċċa Martha, li minkejja li perit, u ejja ngħiduha kif inhi, ta’ klassi differenti, trid issalva l-klabb tal-boċċi akkost ta’ kollox. Taqbad il-boċċi f’idejha, tumilja lill-Kanadiż u wara kontra qalbu jkollu jaċċetta li tilgħab miegħu, biex forsi jerġgħu jirbħu logħba. Jonathan jibqa’ fl-isfond, jiftaħ xi borża krips minn ħin għal ħin. Imma Martha veru għandha dal-klabb daqshekk għal qalbha? Qabel qatt ma rawha b’nemes. U Jonathan, bħala barrani qatt jista’ jħobb il-logħba, il-klabb? Jew qiegħed hemm kemm inewwel borża krips?


Waslet l-aħħar logħba, din friendly jew gwerra għal sopravivenza? Jonathan se jiffilmjaha? Imqar jekk qatt ma missejt boċċa f’idejk, u ma tistax tifhem għala mhux kollha forma ta’ ballun, dal-musical imissek – taħlita tajba ta’ mużika, umoriżmu u tfakkira ta’ għeruqna. Bilħaqq, tista’ anki ssegwih bi flixkun birra u borża krips f’idejk.