Where
St. Vincent De Paul Residence View Map
Kummiedja oriġinali li m'għandekx titlef! X’jiġri meta f’diviżjoni partikolari fis-sezzjoni tan-nisa tinqala emerġenza sanitarja? X’se jagħmel id-direttur Cascun? Imexxi lin-nisa f’diviżjoni oħra le? Imma hemm problema waħda! In-nisa ma jistawx jaraw lil xulxin pinġuti! U fiex tidħol sistema ġdida li daħħal fis-seħħ m’ilhux Cascun? X’inhi s-sistema u għaliex kullħadd irid ikun parti minnha?
Refundable booking available
Select Refundable Booking at checkout to get a full refund in case you are unable to attend this event (sickness included). T&Cs apply.
Minimum Age
13+
Tickets
When
Oct 9, 10, 11 2026
OCT
9
Fri
OCT
10
Sat
OCT
11
Sun
Loading seating plan
Description
💕 ĠURDIEN F'KORDIN LURA FUQ IL-PALK WARA TALBA ĠENERALI 💕
Ġurdien f'Kordin tirritorna bil-kbir fuq il-palk! Din il-kummiedja romantika ġiet imtella għal-ewwel darba fi Frar 2026 ġewwa l-Imqabba mis-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju fuq skript oriġinali u direzzjoni ta' Aleandro Bartolo minn Kavallierr Entertainment. Is-serati kienu ta' suċċess kbir biż-żewġ iljieli sold out.
Jekk tlift din il-kummiedja li niżlet tant tajjeb mal-udjenza, issa għandek iċ-ċans tingħaqad magħna f'Ottubru li ġej għal waħda minn tlett prestazzjonijiet! Ara x'qalu n-nies wara li attendew għal-xow tal-kummiedja fi Frar li għadda;
Il-kast u krew għal din l-edizzjoni;
Robert - Jurgen Caruana
Russell - Kurt Schembri Farrugia
Leo il-boxer - Christian Debono
Roxy - Diane Gatt
Cindy - Nicole Zammit
Dorothy - Lara Michelle Camilleri
Direttur Cascun - Manuel Baldacchino
Ian il-handyman - Kersten Bugeja
Kitba u Direzzjoni - Aleandro Bartolo
Produzzjoni - Kavallierr Entertainment
Mela x'qed tistenna? Aqta' l-biljetti tiegħek issa u narawk ġewwa Kordin!
Attenzjoni: Il-kummiedja hija mmirata għal udjenzi minn 13 il-sena l'fuq minħabba numru ta' xeni li għandhom temi adulti. Tfal li għandhom il-fuq minn 3 snin jeħtieġu biljett. Tfal minn 3 snin il-fuq mhux se jitħallew ipoġġu fuq il-ġenituri minħabba li dan jista jostakola l-viżjoni ta' membri oħra fl-udjenza. Għalhekk nirrakomandaw li jekk se jattendu tfal minn 3 snin il-fuq jinxtara biljett għalihom. Grazzi.