Where

Beachaven Complex, Saint Paul's Bay, Malta View map

20:00 – 21:00: Mużika minn DJ Bob 21:00 – 22:00: Qari tal-poeżija minn Klara Vassallo; Claudia Gauci u Norbert Bugeja (#silentdisco) Wara: Mużika minn DJ Bob

Show more

Ticket sales finished!

Ticket sales for Minn Għala Widnejna unfortunately have now finished!

Description

Nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Ottubru, 2021, Inizjamed se torganizza serata differenti mis-soltu.
 
Se jkollna DJ, se jkollna tliet poeti, se jkollna mużika li għall-bidu se timla l-ispazju ta’ fejn se nkunu permezz ta’ speakers, u mbagħad poeżija li se tgħaddi minn għala widnejna, permezz tal-poeti u s-sistema ta’ #silentdisco – kulħadd se jingħata sett headphones u l-poeżiji se jidħlu personalment għandna minnhom. Matul il-qari tal-poeżija se tindaqq xi ftit mużika magħżula mill-poeti wkoll.
 
Id-DJ tagħna, se jkun DJ Bob, assoċjat sew mal-mużika alternattiva u l-party Spots & Stripes.
 
Tibda l-poeta żagħżugħa Klara Vassallo, u warajha Claudia Gauci u Norbert Bugeja se jikkolaboraw flimkien permezz tax-xogħlijiet tagħhom, uħud minnhom ippubblikati, uħud minnhom waslu biex.
  
20:00 – 21:00:             Mużika minn DJ Bob
21:00 – 22:00:             Qari tal-poeżija minn Klara Vassallo; Claudia Gauci u Norbert Bugeja (#silentdisco)
Wara:                           Mużika minn DJ Bob
 
Il-biljetti jistgħu jinkisbu minn showshappening.com.
 
Din is-serata hija miftuħa għal dawk minn sbatax-il sena ’l fuq.

Iċ-ċertifikat tal-vaċċin huwa obbligatorju u jeħtieġ li tinżamm id-distanza soċjali matul l-avveniment kollu.