Where
Spazju Kreattiv View map
Se jintwera l-film Malti Castillo, segwit b’diskussjoni pubblika mmexxija mill-kittieb u l-kritiku Teodor Reljić. Jingħaqdu miegħu Simone Spiteri, kittieba għat-teatru, attriċi ewlenija fl-istess film u awtriċi mistiedna għall-Festival ta’ din is-sena; Mark Camilleri, il-Kap Eżekuttiv tal-KNK; u l-filmografu Carlos Debattista. Is-serata tagħlaq b’bibita. Dan l-avveniment huwa bilingwi.
Minimum Age
18+
Ticket sales finished!
Ticket sales for Castillo: Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta 2025 unfortunately have now finished! The last day of this event was on Wednesday 20-Aug-2025. Ticket sales ended at Wednesday 20-Aug-2025 19:30.
Description
Bħala parti mill-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2025, fl-20 ta’ Awwissu fis-7.30 pm fiċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv se jintwera l-film Malti Castillo. Bl-appoġġ tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, il-film se jkun segwit minn diskussjoni pubblika mmexxija mill-kittieb u l-kritiku Teodor Reljić. Jingħaqdu miegħu Simone Spiteri, kittieba għat-teatru, attriċi ewlenija fl-istess film u awtriċi mistiedna għall-Festival ta’ din is-sena; Mark Camilleri, il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb; u l-filmografu Carlos Debattista. Dan l-avveniment se jkun bilingwi, bil-Malti u bl-Ingliż. Castillo (Merlin Publishers) jesplora t-temi tal-identità u l-memorja permezz ta’ narrattiva qawwija ffukata fuq ir-rabtiet tal-familja u r-relazzjonijiet femminili. Wara d-diskussjoni, l-awtriċi Clare Azzopardi, il-kittieba tar-rumanz li nebbaħ il-film, se tiffirma l-kotba tagħha. Is-serata tagħlaq b’bibita informali, li toffri lill-udjenza tagħna l-okkażjoni li tiltaqa’ mal-kelliema u tkompli d-diskussjoni f’ambjent informali.