About

Kienet ilha tidwi x-xewqa fi qlub ta' bosta Qormin, biex hdejn il-Vitorja, jinfetah kazin tal-banda. U fl-ahhar din ix-xewqa saret realta'. Kien f' Settembru 1987 li intlahaq ftehim bejn il-Professur Antoine Agius u s-Sinjuri John Mary Spiteri, Carmelo Spiteri u Salvu Debono mal-Kumitat tal-Qormi Rockers Football Club. Ta' min jghid, li l-kumitat tal-Qormi Rockers kien jezisti. Biss il-kazin ma kienx jiffunzjona u ghal xi zmien kien maghluq ukoll. Dawn imbaghad u xi persuni ohra voluntiera, iltaqghu flimkien biex seta' jigi ffurmat kumitat provizorju. U bl-approvazzjoni tal-istess membri tal-Qormi Rockers F.C., dan il-kumitat gie mahtur. Bla telf ta' zmien, beda jahdem biex jibdel dan il-kazin minn Qormi Rockers F.C. ghall-Ghaqda Socio-Muzikali Anici. Kien hemm min haseb li f' Hal-Qormi m' hemmx il-htiega ta' kazin iehor tal-Banda. Dan, ghaliex hasbu li b'kazin iehor, il-festa ta' San Gorg ma tibqax hekk kbira u popolari. Ohrajn hasbu, li b' banda ohra, r-rahal jinqasam. Izda llum, il-Qormin jafu li minn dak l-ghidut kollu, ma gara xejn. Il-Fundaturi riedu jaghtu isem lil din il-Banda u bla dubju f'mohhom kellhom ir-rabta mal-Qaddis Padrun. Kien propju l-isem ta' ANICI. Dan biex juri bic-car, li din zgur se tibqa' marbuta u mghannqa mal-Qaddis wisq mahbub taghna San Gorg. Din is-Socjeta' Anici, twaqqfet b'imhabba kbira lejn San Gorg u biex tkompli tkabbar il-festa ta' din il-Belt Pinto, li ssir ad unur il-Qaddis Patrun taghna u f'dak kollu li hu tal-Parrocca.

Hosted

0 events total