Where
Knisja tal-Madonna tal-Pilar, il-Belt Valletta View map
Ibbażata fuq traskrizzjonijiet tal-qorti li għadhom jeżistu, dan id-dramm minn Breach Theatre jiddrammatizza l-proċess ta' seba' xhur li sar fl-1612 kontra Agostino Tassi, akkużat li aggredixxa sesswalment lill-pittriċi Barokka Artemisia Gentileschi - każ li saħħar lil Ruma Rinaxximentali u li għadu jqanqal ħsieb u riflessjoni dwar kemm verament inbidlu l-affarijiet f'dawn l-aħħar erba' sekli.
Refundable Booking Available
Select Refundable Booking at checkout to get a full refund in case you are unable to attend this event (sickness included). T&Cs apply.
Minimum Age
16+
Tickets
When
Oct 17, 18, 19, 23, 24, 25, 26 2025
Description
Ibbażata fuq traskrizzjonijiet tal-qorti li għadhom jeżistu, dan id-dramm minn Breach Theatre jiddrammatizza l-proċess ta' seba' xhur li sar fl-1612 kontra Agostino Tassi, akkużat li aggredixxa sesswalment lill-pittriċi Barokka Artemisia Gentileschi - każ li saħħar lil Ruma Rinaxximentali u li għadu jqanqal ħsieb u riflessjoni dwar kemm verament inbidlu l-affarijiet f'dawn l-aħħar erba' sekli.
Il-produzzjoni, akklamata mill-kritiċi, tħallat il-mit, l-istorja, u l-kummentarju kontemporanju biex tirrakkonta l-istorja qawwija ta' mara li ħadet vendetta permezz tal-arti tagħha, u li fl-aħħar mill-aħħar saret waħda mill-aktar pitturi ta' suċċess tal-ġenerazzjoni tagħha.
Din it-traduzzjoni ġdida ta' Kim Dalli tqarreb l-istorja lejna, b'kast formidabbli li jinkludi lil Clare Agius u Sarah-Lee Zammit, bis-sehem ta' Analise Mifsud u Claire Tonna, taħt id-direzzjoni ta' Marta Vella u produzzjoni ta’ Daniel Azzopardi.
Lingwa: Malti (Sottotitli bl-Ingliż disponibbli għar-rappreżentazzjonijiet ta’ nhar il-Ħadd, 19 t’Ottubru 2025 u nhar il-Ġimgħa, 24 t’Ottubru 2025)
Tul: Madwar siegħa (1 hr)
*Diskussjonijiet wara r-rappreżentazzjonijiet dwar il-ħajja u l-impatt ta’ Artemisia Gentileschi, kif ukoll dwar is-suġġett tas-setgħat tan-nisa fis-soċjetà kontemporanja, huma ppjanati għall-premiere nhar il-Ġimgħa, 17 t’Ottubru u nhar il-Ħamis, 23 t’Ottubru 2025.
**Dan il-proġett huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti, b’kollaborazzjoni mal-Istituto Italiano di Cultura, La Valletta u Heritage Malta.
_________________________________
Based on surviving court transcripts, this play by Breach Theatre dramatises the seven-month trial in 1612 of Agostino Tassi, accused of sexually assaulting Baroque painter Artemisia Gentileschi - a case that captivated Renaissance Rome and continues to provoke thought and reflection on how much has truly changed in the last four centuries.
The critically acclaimed production blends myth, history, and contemporary commentary to tell the powerful story of a woman who took revenge through her art, ultimately becoming one of the most successful painters of her generation.
This new translation by Kim Dalli brings the story closer to home, featuring a formidable cast that includes Clare Agius and Sarah-Lee Zammit, with the participation of Analise Mifsud and Claire Tonna, under the direction of Marta Vella and produced by Daniel Azzopardi.
Language: Maltese (English surtitles available for the performances on Sunday, 19th October 2025 and Friday, 24th October 2025)
Duration: Approximately one hour (1 hr)
*Post-show panel discussions on Artemisia Gentileschi’s life and impact, as well as on the theme of women’s empowerment in contemporary society, are planned for the premiere on Friday, 17th October, and Thursday, 23rd October 2025.
**This project is supported by Arts Council Malta, in collaboration with the Istituto Italiano di Cultura, La Valletta & Heritage Malta.