Where
St Agatha's Auditorium, Rabat, Malta View map
The Travellers reġgħu lura għal dan l-istaġun tal-Milied b'edizzjoni ġdida tal-kunċert annwali tant maħbub tagħhom: Il-Kunċertun tal-Milied – L-Aħħar Prova. “L-Aħħar Prova” se ttina titwila rari minn wara l-kwinti tal-band, hekk kif jippreparaw irwieħhom għall-aħħar prova qabel ix-xow.
Refundable Booking Available
Select Refundable Booking at checkout to get a full refund in case you are unable to attend this event (sickness included). T&Cs apply.
Tickets
When
Dec 19, 20, 21, 23 2025
DEC
19
Fri
DEC
20
Sat
DEC
21
Sun
DEC
23
Tue
Description
Il-Kunċertun tal-Milied se jkun qed jerġa' jirritorna f'Diċembru, u din is-sena, The Travellers se jkunu qegħdin jeħdukom xi mkien differenti u mhux tas-soltu.
Bl-isem ta' “L-Aħħar Prova”, l-edizzjoni tal-2025 se tmur lil hinn mix-xinxilli u se toffri esperjenza li hija iktar intima u li se tidħol fl-esperjenza ta' wara l-kwinti tal-aħħar rehearsal ta' qabel dan ix-xow il-kbir tagħhom. Stenna li se ssegwi intervisti bla kantunieri, riflessjonijiet personali, u mumenti li qatt ma ġew żvelati qabel, u li se jkunu qegħdin jintisġu direttament waqt l-ispettaklu, li se jkun miżgħud bil-kanzunetti l-favoriti tal-fans, u li kkaratterizzaw l-għaxar snin tal-band.
Din is-sena, taħt id-direzzjoni artistika ta' TakeTwo, il-kunċert se jkun qiegħed iżewwaq emozzjonijiet krudi, staging tal-blih, u enerġija akkoljenti li bis-saħħa tagħhom, Il-Kunċertun sar sinonimu mal-istaġun. Għalhekk, sew jekk ġej biex tisma' l-mużika, u sew jekk biex tissieħeb magħna fl-ispirtu festiv tal-Milied, mela din hija l-attività tiegħek għal Diċembru!
Spettakli għall-19, 20, 23 ta’ Diċembru 2025
7:30pm | Jinfetaħ il-bieb
8:30pm | Jibda l-kunċert
(L-ispettaklu jinkludi waqfa)
Matinee – 21 ta’ Diċembru 2025
2:00pm | Jinfetaħ il-bieb
3:00pm | Jibda l-kunċert
(L-ispettaklu jinkludi waqfa)