Where

Hilton Malta, St. Julian's, Malta View map

"Sħuna u Tqarmeċ", kunċert ta' Maypole u Kelma Kelma Nota Nota bis-sehem ta' Ray Calleja, Daniel Cauchi u l-Big Band Brothers, u Michael Spagnol. Permezz tal-mużika u tal-letteratura, se nqiegħdu l-ħobża Maltija fiċ-ċentru u nħarsu lejha minn angoli differenti, b'doża ġmielha ta' ċajt u umoriżmu. Il-biljett jinkludi kisra ħobż tal-Malti kif jafu jagħmlu tal-Maypole.

Show more

Ticket sales finished!

Ticket sales for Sħuna u Tqarmeċ unfortunately have now finished!

Description

Kif bdiet il-ħobża tal-Malti? X'hemm speċjali fil-ftira? Fiex tidħol il-bewsa? X'taħbat ix-xawwata? U x-xiklun?

Trid tweġiba? Aqta' biljett għal "Sħuna u Tqarmeċ", kunċert ta' Maypole u Kelma Kelma Nota Nota bis-sehem ta' Ray Calleja, Daniel Cauchi u l-Big Band Brothers, u Michael Spagnol. Permezz tal-mużika u tal-letteratura, se nqiegħdu l-ħobża Maltija fiċ-ċentru u nħarsu lejha minn angoli differenti, b'doża ġmielha ta' ċajt u umoriżmu.

U tinkwetax. Wara xi tmenin minuta tisma' fuq il-ħobż, m'aħniex se nibagħtuk id-dar bil-ġuħ. Il-biljett jinkludi kisra ħobż tal-Malti kif jafu jagħmlu tal-Maypole.