Where

Valletta Campus Theatre VCT (Ex MITP) View map

Il-Pożittivi, fl-aħħar LIVE fit-teatru f'Lulju 2022! B'kitba ta' Simon Bartolo u b’direzzjoni ta' Toni Attard, din il-produzzjoni teatrali, tippreżenta interpretazzjonijiet mill-aqwa minn Ray Calleja, Clare Agius, Josette Ciappara, Stephen Mintoff, Benjamin Abela u Chris Vincent. Produzzjoni mtella' bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti, Browns, Sex Clinic by Willingness u Pleasuremalta.com

Show more

Ticket sales finished!

Ticket sales for Il-Pożittivi unfortunately have now finished!

Description

Huwa possibbli li tibqa' pożittiv jekk ir-riżultat joħroġlok pożittiv? Staqsi lil Susan ha tgħidlek. Hija mara ta' 60 sena li ilha tgħix bl-HIV għal dawn l-aħħar 28 sena. Ferriħija, dħulija, kuntenta u fuq kollox, pożittiva. Waqt żjara l-isptar tagħmel ħbieb ġodda u min qatt kellu jbassarha li se tidħol bejn il-basla u qoxritha? 6 karattri differenti minn xulxin iżda marbutin flimkien fi storja waħda minħabba din il-kundizzjoni li tgħaqqadhom. Is-sitwazzjonijiet li jsibu ruħhom fihom iwasslu għal emozzjonijiet b’saħħitthom li jvarjaw minn imħabba għal stmerrija profonda. Id-daħq ma jonqosx f’ħajjithom imma l-biki wkoll. Bejn il-chemsex party fejn jibda dan id-dramm komiku u l-birthday party fejn jispiċċa, naraw relazzjonijiet, imħabba, ħbiberija, rabja, ferh, tradiment, u fuq kollox, tama.

Il-Pożittivi huwa adattat għal udjenzi ta’ 15-il sena